
Statute
​
PEMBROKE ATHLETA ATHLETICS & TRIATHLON
STATUTE
​
​
01. ISEM
​
Il-Klabb huwa magħruf bl-isem ta’ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon. Ma’ dan l-isem, jew parti minnu, jista’ jiÄ¡i nkorporat minn żmien għal żmien l-istem ta’ xi sponsor.
It-tibdil fl-isem tal-Klabb jew l-għaqda tiegħu ma’ xi entità oħra ma jistax isir ħlief bi qbil ta’ żewÄ¡ terzi (2/3) tal-membri preżenti f’Laqgħa Ä enerali.
02. INDIRIZZ
​
L-indirizz postali huwa c/o Victor Camilleri, 147, Mirammiti, Triq is-Sgħajtar, Naxxar. L-indirizz uffiÄ‹jali tal-Klabb huwa dak tal-post fejn ikollu l-kwartieri tiegħu l-Klabb ta’ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon, Triq W. Harding, Pembroke.
F'każ li l-kumitat tat-tmexxija jiddeċiedi li jbiddel dan l-indirizz, din il-bidla għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti.
03. AFFILJAZZJONI
​
i. Il-Klabb huwa affiljat m’Athletics Malta (A.M), mal-Malta Triathlon Federation (MTF), ma’ Sports Malta mal-Awtorita' għall-Integrita fl-Isports Malti (AIMS) mal-Events for Athletics Promotion (EAP), mal-Aquatic Sports Association of Malta (ASA) u mal-Uffiċċju tal-Kummissarju dwar Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO).
​​​
ii. Il-Klabb huwa organizzazjoni volontarja, awtonoma u li ma tagħmilx profit kif definit fl-Att dwar Organizzazjonijiet Voluntarji (Kap 492 tal-ligijiet ta Malta)
04. GĦANIJIET
​​
i. Il-Klabb għandu jinkoraġġixxi, iġib 'il quddiem u jiżviluppa l-atletika u t-triathlon u dixxiplini sportivi oħra fil-gżejjer Maltin;
​​
ii. Jorganizza attivitajiet ta’ natura soÄ‹jali u/jew kulturali li permezz tagħhom jeduka lill-atleti u jibnilhom karattru sod u dixxiplinat;
​​
iii. Jorganizza attivitajiet sportivi u jieħu sehem f’attivitajiet oħra organizzati mill-entitajiet li magħhom huwa affiljat il-Klabb, minn klabbs jew minn entitajiet oħra, sakemm dawn l-attivitajiet ma jkunux organizzati minn partit politiku jew minn korp ta’ natura politika.
​​
iv. Jipprovdi skemi t’għajnuna u jorganizza seminars jew attivitajiet simili li jkabbar l-interess fil-qasam tal-isports;
​​​
v. Iħajjar lill-atleti tiegħu biex jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet barra minn Malta;
​​​
vi. Jagħmel dak kollu possibbli biex jintlaħqu l-għanijiet hawn fuq espressi;
​​​
vii. Jiżgura li l-attivitajiet kollha tal-Klabb isiru b’rispett lejn il-prinÄ‹ipji t’inklużjoni, ugwaljanza u non-diskriminazzjoni, irrispettivament minn sess, razza, reliÄ¡jon, nazzjonalità jew diżabilità.
​​
05. SĦUBIJA
​​​
i. Is-Sħubija fil-Klabb hija miftuħa għal dawk kollha minn ħames (5) snin 'il fuq, irrispettivament mill-post ta’ residenza tagħhom.
​​
ii. a. Il-ħlas tas-sħubija jagħti d-dritt lill-membru għall-użu tal-faÄ‹ilitajiet kollha li jipprovdi l-Klabb ta’ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon.
b. Il-ħlas li jista' jkun dovut għar-reġistrazzjoni għal kwalunkwe avveniment organizzat minn kwalunkwe entita', inkluzi dawk li magħhom huwa affiljat il-Klabb, ikun responsabbilta' tal-atleta. Il-Klabb jista' jagħżel li jeffettwa ħlasijiet hu f'isem l-atleti.
​ ​​
iii. Il-ħlas tas-sħubija għandu jiġi determinat mill-Kumitat minn żmien għal żmien u għandu jkun validu għal perjodu speċifikat mill-istess kumitat. Il-kumitat jirriserva d-dritt li minn żmien għal żmien jintroduċi xi ħlasijiet addizzjonali skond iċ-ċirkostanzi. Il-ħlasijiet isiru dejjem bil-quddiem u mhumiex rifondibbli.
iv. Il-Kumitat jista’ jirrifjuta jew jillimita s-sħubija f’każ ta’ kunflitt Ä‹ar ta’ lealtà jew t’interess ma’ klabb sportiv ieħor fl-istess oqsma dixxiplinari.
​​​
v. Is-sħubija fil-Klabb tintemm meta membru jonqos milli josserva l-obbligi finanjarji tiegħu u/jew jekk jiġi mkeċċi wara proċedura dixxiplinarja skont ir- regolamenti tal-Klabb jew ta' xi waħda mill-entitajiet li magħhom huwa affiljat il-Klabb.
vi. Il-membri li ma jkunux għalqu sittax (16)-il sena fil-jum li fih issir Laqgħa Ä enerali ma jistgħux jivvutaw f’dik il-laqgħa, iżda jistgħu jiÄ¡u rrappreżentati minn wieħed mill-Ä¡enituri jew tuturi tagħhom, li għalhekk ikollu vot wieħed f’dik il-Laqgħa. Dan japplika għal kull Laqgħa.
​​
vii. Il-membri li ma jkunux in regola fil-ħlas tas-sħubija meta ssir il-Laqgħa Ä enerali ma jistgħux jivvutaw f’Laqgħa Ä enerali.
​​
viii. Fil-waqt li l-Klabb jieħu kull miżura raÄ¡onevoli biex ħadd mill-membri tiegħu ma jsofri xi dannu jew telf, il-Klabb ma jkunx responsabbli għal xi ħsara, serq, telf u/jew nuqqas ta’ ħwejjeÄ¡ personali, kif ukoll għal injuries li jsiru qabel, waqt jew wara t-taħriÄ¡ jew il-kompetizzjonijiet, u lanqas għal kwistjonijiet bejn il-membri u/jew il-Ä¡enituri/ tuturi.
​​
ix. Id-data personali tal-membri tinÄ¡abar u tinżamm biss għal skopijiet amministrattivi u sportivi tal-Klabb, u tiÄ¡i pproÄ‹essata f’konformità mar-Regolament Ä enerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u l-liÄ¡ijiet Maltin applikabbli.
​​​
06. TMEXXIJA
​​
i. Il-Klabb, jitmexxa minn Kumitat magħmul minn President, ViÄ‹i-President, Segretarju, Kaxxier, UffiÄ‹jal għar-Relazzjonijiet PubbliÄ‹i, Ufficjal għall-Integrita’, u minn tliet (3) sa seba’ (7) membri oħra. Il-persuni li jokkupaw dawn il-karigi jingħażlu minn fost dawk eletti fil-Laqgħa Ä enerali Annwali.
​​​
ii. Wieħed mill-membri jista’ jkun atleta ta’ sittax (16)-il sena jew aktar li jintagħżel minn sħabu l-atleti, ikun inÄ¡ieb għall-attenzjoni tal-kumitat tat-tmexxija ta lanqas Ä¡imgħatejn qabel il-Laqgħa Ä enerali Annwali, u jkun in regola fil-ħlas tas-sħubija. Tali atleta għandu jiÄ¡i elett fil-kumitat awtomatikament mingħajr il-ħtieÄ¡a ta' votazzjoni.
​​
iii. Jekk ikun hemm aktar minn atleta wieħed li jiġi nominat minn atleti sħabu, l-atleti bejniethom għandhom jiddiskutu u jiddeċiedu min ser ikun ir- rapprezentant tagħhom fuq il-kumitat; f'każ li jibqgħu ma jaslux għal qbil ma jiġi elett ħadd minnhom fuq il-kumitat.
​​
iv. F'dan il-każ il-massimu ta' persuni li jkunu jistgħu jiġu eletti f'dik l-elezzjoni ikun ta' tnax (12).
​​​
v. Il-ħatra tal-membri tal-Kumitat hija għal perjodu ta’ sentejn (2), u dawn jistgħu jiÄ¡u eletti mill-Ä¡did.
​​​​
vi. Il-President għandu r-responsabbiltà tat-tmexxija tal-Klabb. Huwa jippresjedi kull Laqgħa tal-Kumitat u kull Laqgħa Ä enerali. Jekk ma jkunx jista’ jagħmel dan, ir-responsabbiltà tat-tmexxija tgħaddi f’idejn il-ViÄ‹i-President. F’kull laqgħa tal-Kumitat, il-President għandu dritt jivvota bħall-membri l- oħra tal-Kumitat u għandu wkoll dritt ta’ casting vote f’każ li jkun hemm parita’ fl-għadd tal-voti.
​​​
vii. Il-President għandu wkoll ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni Ä¡enerali tal-Klabb u għall-korrispondenza kollha relatata. Huwa jħejji l-aÄ¡enda tal- laqgħat tal-Kumitat u ta’ kull Laqgħa Ä enerali.
​​​
viii. Is-Segretarju għandu jżomm minuti uffiÄ‹jali ta’ kull laqgħa tal-Kumitat u ta’ kull Laqgħa Ä enerali. Dawn il-minuti għandhom jinkludu d-data, il-ħin, il- post, il-membri preżenti, id-deÄ‹iżjonijiet u r-riżultati tal-voti. Il-minuti għandhom jiÄ¡u approvati fil-laqgħa ta’ wara. Kull membru għandu d-dritt jara l- minuti approvati fuq talba bil-miktub, ħlief għal partijiet li jkunu jikkonÄ‹ernaw informazzjoni kunfidenzjali jew ta’ natura ta’ konflit t’interess jew personali ta’ membri oħra. Is-Segretarju jista’ jiddelega lil xi membru ieħor tal-Kumitat biex jgħinu fix-xogħol tiegħu jew biex jagħmel xi xogħol f’loku.
​​
ix. Il-Kaxxier għandu jżomm rendikont dettaljat tad-dħul u tal-infieq kollu tal-Klabb u jaġġorna lill-Kumitat dwar il-qagħda finanzjarja tal-Klabb regolarment. Il-Kaxxier huwa wieħed mill-firmatarji f’kull ftehim li jsir u li għandu x’jaqsam ma dħul jew infieq ta’ flus u f’kull arranÄ¡ament ta’ natura bankarja li jista’ jkun miftiehem. Kull ħruÄ¡ ta’ fondi jew arranÄ¡ament bankarju għandu jkun iffirmat mill-inqas minn żewÄ¡ (2) firmatarji awtorizzati, wieħed minnhom obbligatorjament ikun il-Kaxxier u l- ieħor il-President jew is-Segretarju.
​​​
x. Sa Ä¡imgħa qabel l-Laqgħa Ä enerali Annwali, il-Kaxxier għandu jippreżenta lill-Kumitat rendikont dettaljat, debitament approvat mill-awdituri maħtura fil-Laqgħa Ä enerali preÄ‹edenti, dwar it-tranżazzjonijet finanzjarji kollha li jkunu saru mill-Laqgħa Ä enerali Annwali preÄ‹edenti sa dakinhar. Kull membru għandu dritt jitlob u jingħata kopja ta' tali rendikont.
​​​
xi. Il-Kaxxier jippresjiedi kull sotto-kumitat li jista’ jinħatar b’konnessjoni diretta mal-finanzi, iżda jista’ jiddelega lil membru ieħor tal-Kumitat biex jaqdi din il-funzjoni f’loku.
​​​
xii. Ħadd ma jservi fil-Kumitat jekk ma jkunx ilu membru tal-Klabb għal mill-inqas tnax (12)-il xahar u/jew ma jkunx għadu għalaq sittax (16) -il sena fil-jum li fih tkun saret l-aħħar Laqgħa Ä enerali. Ä enitur jew tutur t’atleta li jkun reÄ¡istrat mal-Klabb huwa ukoll eliÄ¡ibbli li jkun membru tal-Kumitat tat-Tmexxija.
​​​
xiii. Possibbilment kull persuna li sservi fuq il-Kumitat għandha tkun ta' kondotta nadifa.
​​​
xiv. Il-Kumitat, regolarment iffurmat, jiltaqa’ jew jikkomunika mill-inqas darba fix-xahar. Jekk xi membru mill-Kumitat elett jonqos milli jagħti raÄ¡uni valida għall-assenza tiegħu lis-Segretarju għal tliet laqgħat konsekuttivi, il-membru jkollu jirriżenja mill-Kumitat u tiÄ¡i applikata r-Regola tal-Istatut – Artiklu 6(x). L-ebda laqgħa ma tista’ ssir jekk ma jkunux preżenti għaliha mill-inqas nofs in-numru ta' membri tal-kumitat u wieħed.
​​
xv. Kull deÄ‹iżjoni li tittieħed mill-Kumitat tista' tigi kkontestata mill-membri tal-Klabb jekk għaxra fil-mija (10%) tal-membri mħallsa jiffirmaw petizzjoni, u li tkun sottomessa formalment u verifikabbli bil-firem tal-membri sabiex tissejjah Laqgħa Ä enerali Straordinarja u jittieħed vot fuq dik id-deÄ‹iżjoni.
​​​
xvi. F’każ li tinħoloq xi vakanza fil-Kumitat, din timtela mill-persuna li fl-aħħar Laqgħa Ä enerali tkun kisbet l-akbar għadd ta’ voti wara l-persuni eletti. F’każ li żewÄ¡ persuni jew aktar jiksbu l-akbar għadd ta’ voti wara l-membri eletti, issir by-election biex jiÄ¡i determinat l-ordni tal-preferenza tal-votanti. F'każ li n-numru ta’ membri tal-Kumitat jinżel taħt il-minimu statutorju u ma jkunx hemm kandidati li ma jkunux Ä¡ew eletti fl-aħħar elezzjoni u l-vakanza ma timteliex, il-Kumitat jinnomina persuna biex isservi fil-Kumitat sa dak iż-żmien li l-Kumitat jibqa’ jiffunzjona. Il-persuna għandha tkun konformi mal- provedimenti kollha li jiprovdi dan l-Istatut.
​​​
xvii. Il-Kumitat għandu jivverifika kull nomina li tista’ tiÄ¡i sottomessa minn persuni li jkunu jixtiequ jservu fil-Kumitat. Il-Kumitat jista’ jiċħad nomina f’każ biss li din ma tkunx konformi ma’ dak li jipprovdi dan l-Istatut.
​​​
xviii. Il-Kumitat jista’ jaħtar persuni biex iservu f’sotto-kumitati li jgħinu lill-Kumitat fix-xogħol tiegħu. Ħatra bħal din tista’ ssir għall-perjodu speÄ‹ifikat mal- ħatra jew inkella għal żmien li jintemm fil-jum li fih issir il-Laqgħa Ä enerali Annwali. Minkejja dan, iżda, l-ebda sotto-kumitat ma jkompli jiffunzjona f’każ li, għal xi raÄ¡uni, il-Kumitat jirriżenja.
​​​
xix. Il-Kumitat għandu s-setgħa jaħtar sottokumitati biex jassistuh fl-oqsma varji li jkun qed jaħdem fuqhom. Il-ħatra tkun jew għal biċċa xogħol speÄ‹ifika, jew għal perjodu speÄ‹ifiku, liema perjodu ma jkunx imur lil hinn mid-data tal-Laqgħa Ä enerali Annwali li jmiss. Kull sottokumitat għandu jkun immexxi minn membru tal-Kumitat.
​​
07. KONFLITT TA' INTERESS
​​
i. Kull membru tal-Kumitat li għandu, jew li jista’ jiÄ¡i rikonoxxut b’mod raÄ¡onevoli li għandu, konflitt t’interess – b’mod partikolari rigward affarijiet finanzjarji, sponsorizzazzjonijiet, jew transazzjonijiet li jaffettwaw il-Klabb – għandu jiddikjara immedjatament dan il-konflitt lill-Kumitat.
​​
ii. Il-membru ma jistax jipparteÄ‹ipa fid-diskussjoni u fil-proÄ‹ess tat-teħid tad-deÄ‹iżjoni relatata ma’ dik il-materja.
F'kaz ta' konflitt t'interess, dak il-membru jista:-
​
a. Jiġi mitlub mill-President biex joħroġ temporanjament mill-laqgħa waqt li l-materja tiġi diskussa u deċiża.
b. Konflitti persistenti, serji, jew mhux iddikjarati jistgħu jitqiesu bħala ksur tad-dmir lejn il-Klabb u jistgħu jirriżultaw f’talba mill-Kumitat għar- riżenja tal-membru/ikkonÄ‹ernat.
c. Kull membru li ma jkunx iddikjara konflitt t’interess, u li jipparteÄ‹ipa f’deÄ‹iżjonijiet fejn għandu dan il-konflitt, ikun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja mill-Kumitat, skont il-proÄ‹eduri ta’ governanza tal-Klabb.
d. Din il-klawsola tapplika għal kull membru tal-Kumitat, s-sotto-kumitati, u kull membru li jipparteÄ‹ipa f’deÄ‹iżjonijiet rigward affarijiet finanzjarji, sponsorizzazzjonijiet, jew materji oħra fejn konflitt t’interess jista’ jkollu impatt sostanzjali fuq il-Klabb.
08. FINANZI
i. Il-Klabb iżomm fond jew fondi skont l-esiġenza tal-kaxxier, maqbula mal-Kumitat, li fih jinġabar l-introjtu kollu li jagħmel il-Klabb.
​​
ii. Il-fondi u l-assi kollha tal-Klabb għandhom jintużaw biss għall-għanijiet tal-Klabb kif stabbilit f’dan l-Istatut.
​​
iii. L-ebda parti mill-fondi jew l-assi tal-Klabb ma jista’ jinħareÄ¡, jintuża jew jinżamm għall-benefiċċju privat ta’ membru, ħlief bħala ħlas ta’ spejjeż Ä¡ustifikati jew allowances approvati mill-Kumitat.
09. BORD TA' DIXXIPLINA U APPELLI
i. Meta jiÄ¡i rrappurtat bil-miktub xi nuqqas ta’ xi Membru tal-Klabb jew ikun hemm suspett li xi membru tal-Klabb ikun irrenda ruħu ħati t’imÄ¡ieba ħazina jew mhux xierqa, li jinkludu atti ta’ slealta' lejn il-Klabb, atti ta' natura kriminali inkluża korruzzjoni,nkażijiet ta’ doping, ksur ta’ dan l-Istatut jew ksur tar- regolamenti ta’ xi waħda mill-entitajiet li magħhom huwa affiljat dan il-Klabb, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jwaqqaf Bord ta’ Dixxiplina ad hoc. Dan il- Bord ikun kompost minn mhux inqas minn tliet (3) membri li idealment ikunu indipendenti mill-Klabb, u li jingħatawlhom termini ta’ referenza sabiex jaÄ¡ixxu fuqhom.
​​
ii. Il-Kumitat tat-tmexxija ikollu d-dritt jissospendi lill-membru li dwaru jkun sar ir-rapport b’effett immedjat, jekk l-akkuża jew akkużi miÄ¡juba kontra tiegħu ikunu ta’ gravità li tiġġustifika dan, u dan sa ma tingħata deÄ‹iżjoni finali.
​​
iii. Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jiġi maħtur mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem mid-data li r-rapport dwar in-nuqqas jiġi mgħarraf lil-Kumitat.
​​
iv. Il-membru għandu jiġi infurmat bil-miktub liema hi dik l-imġieba tiegħu li tkun qed tiġi investigata, u huwa għandu jissejjah għal smiegħ tal-każ quddiem l-istess Bord mhux inqas minn għaxart (10) ijiem minn meta jkunu ntbagħtulu l-akkużi bil-miktub fil-konfront tiegħu.
​​
v. Il-membru jkollu dritt ikun assistit minn kwalunkwe persuna tal-fiduċja tiegħu waqt is-smigħ.
​​
vi. Jekk il-Bord ta’ Dixxiplina isib lill-membru ħati t’imÄ¡ieba mhux xierqa, huwa jista' jagħti Ä‹anfira, jew jissospendi jew ikeċċi lill-membru, skond il-każ.
​​
vii. Il-membru għandu d-dritt jappella mid-decizjoni tal-Bord tad-Dixxiplina fi żmien ħmistax (15)-il jum mid-data tad-deċiżjoni billi jibgħat bil-miktub lill- Kumitat tat-Tmexxija liema huma l-partijiet tad-deċiżjoni li ma jkunx qabel magħhom u għalxiex.
​​
viii. Kull appell għandu ikun akkumpanjat bi ħlas ta’ mija u ħamsin Euro (€150).
​​​
ix. Appell għandu jinstema’ quddiem Bord tal-Appell magħmul minn tliet (3) persuni li ma jkun ux servew fuq il-Bord ta' Dixxiplina f’dak il-każ.
​​​
x. Il-Bordijiet jistgħu jaħtru konsulent jew persuna teknika biex tgħinhom waqt is-smiegħ iżda persuna hekk maħtura ma jkollha l-ebda dritt ta’ vot fid- deÄ‹iżjoni. Jekk il-ħatra tintalab mill-membru akkużat, u tali talba tintlaqa, huwa jkun dovut iħallas lill-Klabb l-ispejjez relattivi għal tali ħatra.
​​​
xi. Dment li ma jkunx hemm impediment ġustifikat, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tingħata fi żmien tletin (30) jum minn meta jidħol l-appell, u tkun finali. Dik id-deċiżjoni tkun finali u torbot lill-partijiet, bla ħsara għad-drittijiet legali tal-membru taħt il-liġijiet Maltin.
​​
10. LAQGĦA Ä ENERALI ANNWALI (LÄ A)
​
i. Il-Laqgħa Ä enerali Annwali tal-Klabb ssir f’xi jum bejn l-1 ta’ Settembru u l-31 t’Ottubru ta’ kull sena.
​​​
ii. L-avviż bil-miktub jintbagħat lill-membri kollha, flimkien mal-aÄ¡enda u kwalunkwe proposta t’emenda għall-Istatut jew mozzjoni oħra, għandu jintbagħat mhux inqas minn erba’ (4) Ä¡imgħat qabel id-data tal-Laqgħa.
​​​
iii. Kull sentejn il-President jew is-Segretarju jagħmel sejħa għal nominazzjonijiet minn persuni li jkunu lesti jservu fuq il-Kumitat fis-sentejn ta’ wara. Sejħa bħal din issir mill-inqas erba’ (4) Ä¡imgħat qabel il-jum li fih tkun ser issir il-Laqgħa Ä enerali. Kull nominazzjoni għandha tkun iffirmata mill-persuna nominata, mill-persuna li tkun qiegħda tinnominaha u mill-persuna li tkun qiegħda tissekonda n-nomina. Il-persuna nominata, dik li tinnominaha u dik li tissekonda n-nomina għandhom ikunu in regola ma' dan l-Istatut. Nomina tkun aċċettata biss jekk tasal għand is-Segretarju ħmistax (15)-il jum qabel id- data li fiha tkun ser issir il-Laqgħa Ä enerali. Is-Segretarju jgħarraf lill-membri bl-ismijiet tal-persuni kollha li għalihom ikun irÄ‹ieva nomina valida sa mhux aktar tard minn Ä¡imgħa qabel id-data tal-Laqgħa Ä enerali Annwali. Il-lista tal-kontestanti tkun ikkomunikata lill-membri f’ordni alfabetiku.
​​
iv. Il-membri kollha tal-Klabb jistgħu jressqu mozzjonijiet għal tibdil fl-Istatut jew għal affarijiet oħra. Dawn għandhom jintbagħtu sal-aħħar ta’ Lulju u jkunu ffirmati minn mill-inqas żewÄ¡ (2) membri in regola ta’ dan l-Istatut. Il-membri tal-Kumitat jistgħu wkoll jipproponu mozzjonijiet, bil-kundizzjoni li jkunu approvati mill-Kumitat mhux inqas minn ħmistax (15)-il jum qabel il-Laqgħa. Kull mozzjoni tinÄ¡ieb għall-attenzjoni tal-membri kollha sa mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem qabel id-data li fiha tkun ser issir il-Laqgħa Ä enerali.
​​​
v. Kull tibdil fl-Istatut irid ikun approvat minn żewġ terzi (2/3) tal-membri preżenti u bid-dritt tal-vot.
​​​
vi. Il-Laqgħa Ä enerali ma tibdiex jekk ma jkunux preżenti għaliha mill-inqas għaxra fil-mija (10%) tal-membri tal- Klabb. F’każ li l-persuni preżenti fil-ħin stabbilit għall-bidu tal-Laqgħa Ä enerali jkunu anqas minn daqshekk, il-Laqgħa Ä enerali tibda bil- membri preżenti nofs siegħa wara l-ħin stabbilit għall- bidu tal-Laqgħa.
​​​
vii. L-aÄ¡enda tal-Laqgħa Ä enerali Annwali għandha tinkludi:
​​​
a) Indirizz mill-President,
b) Rendikont amministrattiv mis-Segretarju,
c) Rendikont finanzjarju mill-Kaxxier,
d) Mozzjonijiet u emendi għall-Istatut.
e) Ħatra ta’ kummissjoni elettorali biex tmexxi l-elezzjoni għall-membri tal-Kumitat, fuq bazi biennali,
f) Elezzjoni tal-membri tal-Kumitat il-ġdid fuq bażi biennali ukoll,
g) Ħatra t’Awdituri indipendenti.
viii. L-elezzjoni għandha ssir b’votazzjoni sigrieta. Jekk in-nominazzjonijiet ikunu eżatt jew daqs il-postijiet battala, il-kandidati jiÄ¡u meqjusa eletti awtomatikament.
​​​
ix. F’każ ta’ forza maġġuri jew emerÄ¡enza pubblika li ma tippermettix laqgħa fiżika, il-Laqgħa Ä enerali tista’ ssir online permezz ta’ pjattaformi diÄ¡itali sikuri, bil-kundizzjoni li l-identità tal-votanti tkun ivverifikata u l- votazzjoni ssir b’mod sigriet u trasparenti.
​​​
x. Il-persuni eletti fil-Laqgħa Ä enerali Annwali jiltaqgħu sa mhux aktar tard minn Ä¡imgħa mil-Laqgħa Ä enerali biex jitqassmu l-karigi għas-sentejn ta’ wara.
​​​
xi. Id-dritt tal-vot huwa personali u ma jistax jiÄ¡i trasferit lil ħaddieħor, ħlief fil-każ ta’ minorenni kif provdut f’Artiklu 5 (vii).
​​​
xii. Sakemm ma jkun hemm xejn kuntrarju għall-provvedimenti ta’ dan l- Istatut, kwalunkwe nuqqas ta’ qbil li jista’ jqum f’Laqgħa Ä enerali jiÄ¡i deÄ‹iż b’maġġoranza sempliÄ‹i ta’ voti tal-membri preżenti.
​
11. LAQGĦAT Ä ENERALI STRAORDINARJI (LÄ S)
​​​
i. Il-Kumitat jista’ jsejjaħ Laqgħa Ä enerali Straordinarja fi kwalunkwe żmien tal-ħatra tiegħu għal kull raÄ¡uni li l-Kumitat iqis Ä¡ustifikata.
​
ii. Salv dak provdut fil-klawsola 6.ix. ta’ dan l-Istatut, il-Kumitat għandu isejjaħ Laqgħa Ä enerali Straordinarja ukoll jekk jintalab jagħmel hekk bil-miktub minn kwart (1/4) jew aktar tal-membri msieħba, skond il-lista tal-membri imħallsa aġġornata sa dakinhar. Talba bħal din għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni li, fil-ħsieb ta’ min iressaq it-talba, tkun tiġġustifika l-laqgħa.
​
iii. Il-Laqgħa Ä enerali Straordinarja għandha tinżamm fi żmien mhux aktar tard minn erbgħin (40) jum mid-data tat- talba bil-miktub.
​
iv. L-avviż tal-Laqgħa, flimkien mal-aġenda u s-suġġetti li għandhom jiġu diskussi, għandu jintbagħat lill-membri kollha mill-inqas ġimagħtejn (14-il jum) qabel id-data tal-Laqgħa.
​
v. F’Laqgħa Ä enerali Straordinarja jistgħu jiÄ¡u diskussi biss is-suġġetti indikati fl-avviż.
​
vi. Il-votazzjoni f’Laqgħa Ä enerali Straordinarja għandha ssir fuq l-istess linji u regoli kif provdut għall-Laqgħa Ä enerali Annwali, inkluża l-proÄ‹edura tal-vot sigriet fejn ikun meħtieÄ¡.
​
vii. F’każ ta’ forza maġġuri jew emerÄ¡enza pubblika li ma tippermettix laqgħa fiżika, il-Laqgħa Ä enerali Straordinarja tista’ ssir online permezz ta’ pjattaformi diÄ¡itali sikuri, bil-kundizzjoni li l-identità tal-membri tkun ivverifikata u l-votazzjoni ssir b’mod sigriet u trasparenti.
​​
12. XOLJIMENT TAL-CLUB
​​
i. Il-Klabb jista’ jiÄ¡i xolt biss permezz ta’ deÄ‹iżjoni ta’ żewÄ¡ terzi (2/3) tal-membri preżenti u b’dritt ta’ vot f’Laqgħa Ä enerali Straordinarja msejħa apposta għal dan l-għan, jew fi kwalunkwe każ fejn il-membri tal-Klabb ikunu inqas minn għoxrin (20) għal aktar minn sena.
​​
ii. F’każ ta’ xoljiment, l-assi kollha tal-Klabb, inklużi flus, proprjetà, tagħmir u kwalunkwe patrimonju ieħor, għandhom jgħaddu f’idejn dik l-assoÄ‹jazzjoni nazzjonali tal-atletika li jkollha l-obbligu li tħarishom u tużahom esklussivament għal skopijiet sportivi u volontarji.
iii. L-ebda membru individwali tal-Klabb jew tal-Kumitat m’għandu jkollu dritt jirÄ‹ievi sehem mill-assi jew mill-fondi tal-Klabb fi kwalunkwe Ä‹irkustanza.
​​
13. DISPOÅ»IZZJONIJIET Ä ENERALI
​
i. Responsabbiltà ÄŠivili Limitata :-
L-ebda membru tal-Klabb, inkluż il-membri tal-Kumitat, m’għandu jkun personalment responsabbli għal xi obbligu finanzjarju jew legali tal-Klabb. Ir- responsabbiltà tal-membri hija limitata għall-ammont ta’ ħlasijiet tas-sħubija jew kontribuzzjonijiet li jkunu dovuti skont dan l-Istatut.
​
ii. Regoli ta’ Interpretazzjoni :-
Kull referenza f’dan l-Istatut għall-maskil għandha titqies li tinkludi wkoll il-femminil, u kull referenza għal “membru” għandha tinkludi wkoll membri ta’ kull età, ħlief fejn b’mod Ä‹ar ikun speÄ‹ifikat mod ieħor.
​​
​​
​​

